27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/37
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/17 R)
((“Miżuri provviżorji - Bastiment tas-sajd - Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral - Ammissibbiltà - Fatti ġodda - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess”))
(2017/C 402/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: António Conde & Companhía, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugall) (rappreżentanti: J.R. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ksib tal-għoti ta’ miżuri provviżorji li jordnaw lill-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, tastjeni milli teżerċita pressjonijiet fuq ir-Repubblika Portugiża sabiex jiġi eskluż il-bastiment tas-sajd Calvão mil-lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall u li huma awtorizzati jistadu fiż-żona regolatorja tal-OPANO u, min-naħa l-oħra, tikkomunika d-dokumenti relatati mal-iskambji bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Portugall rigward l-esklużjoni tal-bastimenti tar-rikorrenti miż-żona regolatorja tal-OPANO.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy