26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/68
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – RE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-257/17) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rifjut espliċitu ta’ aċċess - Adattament tat-talbiet - Artikolu 86(4)(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/90)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RE (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent fl-20 ta’ Jannar 2017 kif ukoll id-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni C(2017) 3718 final, tal-24 ta’ Mejju 2017, sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess għal nota li tikkonċerna r-reklutaġġ tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rifjut ta’ aċċess għal dawn id-dokumenti kif ukoll mid-dewmien fl-eżami tat-talba għal aċċess għall-imsemmija dokumenti.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti mressqa minn REt fl-20 ta’ Jannar 2017.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy