26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)
(Kawża T-265/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva EXPRESSVPN - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Kap ta’ talbiet uniku - Inammissibbiltà”))
(2018/C 112/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ExpressVPN Ltd (Glen Vine, Il-Gżira ta’ Man) (rappreżentant: A. Muir Wood, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1352/2016-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 1265562 tat-trade mark figurattiva EXPRESSVPN.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ExpressVPN hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017.