4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/59
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – UI vs Il-Kunsill
(Kawża T-282/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ deċiżjoni wara r-rapport dwar il-perijodu ta’ prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 44/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UI (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kunsill astjena ruħu illegalment milli jadotta, fit-terminu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni rigward il-ħatra tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 277, 21.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy