12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-284/17) (1)
((“Rikors għal annullament u għad-danni - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat id-dritt”))
(2018/C 052/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Anne Perrine Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Ceccaldi, sussegwentement minn R. Bosselut, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2017)0056 tat-2 ta’ Marzu 2017 ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew P8_TA(2017)0056 tat-2 ta’ Marzu 2017 ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Marion Anne Perrine Le Pen.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
M. A. P. Le Pen għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.