4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/60
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – Fakro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/17) (1)
((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq tat-twieqi tas-saqaf - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Deċiżjoni ta’ ċaħda li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 44/77)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fakro sp z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: A. Radkowiak-Macuda, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I.V. Rogalski u J. Szczodrowski, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni, sa fejn hija astjeniet ruħha illegalment milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilment tar-rikorrenti tat-12 ta’ Lulju 2012, rigward abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq tat-twieqi tas-saqaf.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
FAKRO sp. z. o. o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy