4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/60
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Daico International vs EUIPO – American Franchise Marketing (RoB)
(Kawża T-355/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva RoB - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Regola 49(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2018/625) - Regola 62(3) tar-Regolament Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 58(3) tar-Regolament 2018/625) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2019/C 44/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Daico International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Kassner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: American Franchise Marketing Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1405/2016-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn American Franchise Marketing u Daico International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Daico International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy