4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/61
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Daico International vs EUIPO – American Franchise Marketing (RoB)
(Kawża T-356/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali RoB - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 75 tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Regola 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) 2018/625] - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 44/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Daico International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Kassner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: American Franchise Marketing Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1407/2016-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn American Franchise Marketing u Daico International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Daico International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy