18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/33
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 – Qualcomm u Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-371/17 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Antitrust - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 18(3) - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”])
(2017/C 309/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) u Qualcomm Europe, Inc. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato u M. Davilla, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet, G. Conte, C. Urraca Caviedes u M. Farley, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji, sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) u tal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) [Każ AT.39711 – Qualcomm (prezzijiet predatorji)].
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.