4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Лидер)
(Kawża T-386/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Лидер - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2018/C 190/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2017 (Każ R 2066/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Лидер bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy