15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/19
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-391/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoritajiet nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni - Prinċipju ta’ attribuzzjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ urġenza”))
(2018/C 013/31)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: H. Krämer u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/652 tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack — miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (ĠU 2017, L 92, p. 100).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.