17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – TE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-392/17) (1)
((“Rikors għal anullament - Ftuħ ta’ investigazzjoni esterna mill-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2018/C 328/66)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u Z. Malůšková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ investigazzjoni esterna, imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) [kunfidenzjali] (2), kontra r-rikorrent bħala persuna kkonċernata u relatata ma’ [kunfidenzjali].
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
TE għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
(2) Data kunfidenzjali moħbija.
Full & Egal Universal Law Academy