26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/68
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Leino-Sandberg vs Il-Parlament
(Kawża T-421/17) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Dokument dwar id-deċiżjoni li tirrifjuta lil terz l-aċċess sħiħ għat-tabelli tat-trilogi li jirrelataw mal-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Europol u li jħassru d-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI - Rifjut ta’ aċċess - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2018/C 427/91)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Päivi Leino-Sandberg (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos, S. Alves u I. Anagnostopoulou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2016) 15112, tat-3 ta’ April; 2017, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-Deċiżjoni tal-Parlament A(2015) 4931, tat-8 ta’ Lulju 2015, indirizzata lil Emilio De Capitani.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ Päivi Leino-Sandberg.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk relatati mat-talbiet għal intervent.
4)
Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess. Ser tiġi trażmessa lilhom kopja ta’ dan id-digriet.
(1) ĠU C 293, 4.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy