22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/41
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Kejbils tal-elettriku - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni li tinsab f’deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 022/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nexans France (Courbevoie, Franza) u Nexans (Courbevoie) (rappreżentanti: G. Forwood, A. Rogers u A. Oh, u M. Powell, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Meessen u I. Zaloguin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3051 finali, tat-2 ta’ Mejju 2017, dwar talba għal trattament kunfidenzjali (Każ COMP/AT.39610 – Kejbils tal-elettriku), sa fejn din it-talba hija miċħuda fir-rigward tal-materjal issekwestrat mingħand ir-rikorrenti u operaturi ekonomiċi oħrajn u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna lill-Kummissjoni tastjeni milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni C(2014) 2139 finali, tat-2 ta’ April 2014 (Każ COMP/AT.39610 – Kejbils tal-elettriku), li tinkludi dan il-materjal.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tat-12 ta’ Lulju 2017, Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni (T-423/17 R), huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.