18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Bowles vs BĊE
(Kawża T-447/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Deċiżjoni ta’ ħatra relatata mal-pożizzjoni ta’ konsulent tal-President u koordinatur tal-Kunsill tal-Bord Eżekuttiv - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Assenza ta’ interess ġuridiku - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 65/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Bowles (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: B. Ehlers u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, tal-31 ta’ Jannar 2017, li S jinħatar fil-kariga ta’ konsulent tal-President u koordinatur tal-Kunsill tal-Bord Eżekuttiv, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jinħatarx f’din il-kariga u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħalliex japplika għal din il-kariga u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament subixxa.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
2)
Carlos Bowles huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy