23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/13
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/17 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Bijodiżil - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea BL/abd/ener.c.1(2017)2122195 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])
(2017/C 357/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie e. V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stein, P. Friton u H.-J. Prieß, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker, J.-F. Brakeland u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji mressqa abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, intiża sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2017 BK/abd/ener.c.1(2017)2122195.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.