27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – TL vs KEPD
(Kawża T-452/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Protezzjoni tad-data personali - Disponibbiltà għall-pubbliku tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali - Talba għal anonimat u tneħħija minn fuq l-internet ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Att li ma jistax jiġi ppreżentat rikors fil-konfront tiegħu - Att konfermattiv - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Inammissibbiltà manifesta”))
(2018/C 301/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: TL (rappreżentanti: T. Léonard u M. Cock, avukati)
Konvenut: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta, M. Pérez Asinari, C. Gayrel u M. Guglielmetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KEPD tas-16 ta’ Mejju 2017 li tiċħad it-talba intiża, essenzjalment, minn naħa, sabiex titwettaq analiżi ġdida tal-kompetenza tiegħu fir-rigward tat-tixrid fuq l-internet tal-isem ta’ parti f’kawża mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna l-anonimizzazzjoni tas-sentenza [kunfidenzjali].
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestement inammissibbli.
2)
TL u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy