Kawża T-456/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2018 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Djili soy original DS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DJILI — Raġuni relattiva għal rifjut — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
C2592018MT3610120180608MT0050361361
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2018 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS)
(Kawża T-456/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Djili soy original DS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DJILI — Raġuni relattiva għal rifjut — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)”2018/C 259/50Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ibryam Dzhihangir (Silistra, il-Bulgarija) (rappreżentant: C-R. Romiţan, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2017 (Każ R 516/2011-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u I. Dzhihangir.
Dispożittiv
1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija inkluża mal-eżami fuq il-mertu.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Victor Lupu huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minnu u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
4)
Ibryam Dzhihangir għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
( 1 ) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy