12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Rogesa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-475/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar installazzjoni li tipproduċi taħlita ta’ pritkuni u minerali sinterizzati - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata qabel il-preżentata tar-rikors - Talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))
(2018/C 052/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u A. Sitzer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2017 u, sussidjarjament, ta’ dik tal-11 ta’ Lulju 2017, li jirrifjutaw l-għoti ta’ aċċess għad-dokument Ares (2017) 1684109, tat-2 ta’ Novembru 2009, u għad-dokument Ares (2017) 1685639, tad-29 ta’ Novembru 2009.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.