4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/62
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2018 – Iccrea Banca vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-494/17) (1)
((“Rikors għal annullament u għad-danni - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF - Iffissar tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016 - Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Atti ipotetiċi - Talba għad-danni - Rabta mill-qrib mat-talba għal annullament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Inammissibbiltà manifesta”))
(2019/C 44/80)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Messina, F. Isgrò u A. Dentoni Litta, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Steiblytė u M. K.-Ph. Wojcik, aġenti), Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: G. Rumi, S. Raes, M. Merola u T. Van Dyck, avukati)
Suġġett
B’mod prinċipali, minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) kif ukoll tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-SRB li abbażi tagħhom il-Banca d’Italia adottat id-deċiżjonijiet nazzjonali Nru 1249264/15 tal-24 ta’ Novembru 2015, Nru 1262091/15 tas-26 ta’ Novembru 2015, Nru 1547337/16 tad-29 ta’ Diċembru 2016, Nru 333162/17 tal-14 ta’ Marzu 2017, u Nru 334520/17 tal-14 ta’ Marzu 2017, sa fejn huma jikkonċernaw lir-rikorrenti, min-naħa l-oħra, talba għal danni bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy