26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/69
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Gratis iç ve Dis Ticaret vs EUIPO (gratis)
(Kawżi magħquda T-495/17 u T-496/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għat-trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea gratis - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2018/C 427/92)
Lingwa tal-kawża: Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Gratis iç ve Dis Ticaret AȘ (Istanbul, it-Turkija), awtorizzata tissostitwixxi lil Sedes Holding AȘ (rappreżentanti: K. Ongena u C. Du Jardin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2017 (Każijiet R 506/2017-2 u R 507/2017-2), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattivi gratis bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Gratis iç ve Dis Ticaret AȘ hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy