4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/62
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2018 – Fortischem vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-560/17) (1)
([“Rikors għal annullament - Ambjent - Regolament (UE) 2017/852 - Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent - Projbizzjoni ta’ produzzjoni tal-klorin u tas-soda billi jintuża l-merkurju bħala elettrodu - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”])
(2019/C 44/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fortischem a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: C. Arhold, P. Hodál u M. Staroň, avukati)
Konvenuti: il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. McDowell, L. Darie u A. Tamás, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u J. Kneale, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-inċiż (d) tal-Parti I tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU 2017, L 137, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Renju tal-Isvezja.
3)
Fortischem a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew minbarra awk relatati mat-talbiet għal intervent.
4)
Fortischem, il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy