27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-577/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni Doganali - Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv - Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni - Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 - Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi - Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))
(2018/C 301/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: thyssenkrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo (Isbergues, Franza) (rappreżentant: M. Günes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-minuti tas-sitt laqgħa tat-taqsima “Proċeduri speċjali għajr it-tranżitu” tal-grupp ta’ esperti doganali tat-2 ta’ Mejju 2017 fejn ġie deċiż li m akienx hemm riskju li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni jiġu effettwati ħażin minn awtorizzazzjoni ta’ ipproċessar attiv ta’ ċerti prodotti tal-azzar elettriku orjentat fuq fili mitluba minn Euro-Mit Staal BV.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euro-Mit Staal BV.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn thyssenkrupp Electrical Steel GmbH u minn thyssenkrupp Electrical Steel Ugo.
4)
Euro-Mit Staal BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy