27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/37
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Wall Street Systems UK vs BĊE
(Kawża T-579/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ sistema ta’ ġestjoni tat-teżor - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 402/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wall Street Systems UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Csaki, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u I. Köpfer, aġenti, u U. Soltész u A. Neun, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti 2016/S 093-165651.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tad-29 ta’ Awwissu 2017 fil-Kawża T-579/17 R huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy