Kawża T-587/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – Unigroup vs EUIPO – Pronova Laboratories (nailicin) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali nailicin — Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux NAILCLIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dokument ippreżentat konġuntement mal-att ta’ oppożizzjoni — Regola 19(4) tar-Regolament Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(5) tar-Regolament Delegat 2017/1430] — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]
C2762018MT4810120180620MT0079481481
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – Unigroup vs EUIPO – Pronova Laboratories (nailicin)
(Kawża T-587/17) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali nailicin — Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux NAILCLIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dokument ippreżentat konġuntement mal-att ta’ oppożizzjoni — Regola 19(4) tar-Regolament Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(5) tar-Regolament Delegat 2017/1430] — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]”2018/C 276/79Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unigroup ApS (Lyngby, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Rijsdijk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pronova Laboratories BV (Muiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Wertwijn, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2359/2016-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pronova Laboratories u Unigroup.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unigroup Aps għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Pronova Laboratories BV.
( 1 ) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy