26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/70
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2018 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u BUR
(Kawża T-618/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Rikors għal annullament - Assoċjazzjoni stabbilita wara l-adozzjoni tal-att ikkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà manifesta”)
(2018/C 427/93)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Activa Minoristas del Popular Asociación para la tutela de los inversores minoristas afectados por la resolución, supervisión y gestión del Banco Popular (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Arredondo Díaz, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: R. Ugena Torrejon u A. Lefterov, aġenti), il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: inizjalment B. Meyring, S. Schelo, F. Málaga Diéguez, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch, M. Bettermann, L. Baudenbacher u S. Ianc, sussegwentement B. Meyring, S. Schelo, F. Málaga Diéguez, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch, M. Bettermann, S. Ianc et M. Rickert, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-BUR, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tirrigwarda dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Banco Santander, SA, ta’ Banco Popular Español, SA, tar-Renju ta’ Spanja, tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Chavela Inmuebles, SL.
3)
Activa Minoristas del Popular Asociación para la tutela de los inversores minoristas afectados por la resolución, supervisión y gestión del Banco Popular hija kkundannata għall-ispejjeż bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.
4)
Banco Santander, Banco Popular Español, ir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni u Chavela Inmuebles għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet tagħhom għal intervent.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018
Full & Egal Universal Law Academy