4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/63
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2018 – Stichting Against Child Trafficking vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-658/17) (1)
((“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuna ġuridika li tinforma lill-OLAF b’aġir li jista’ jkun is-suġġett ta’ sanzjonijiet - Deċiżjoni tal-OLAF li ma tinfetaħx investigazzjoni - Att li ma huwiex is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà - Spejjeż - Ekwità - Artkolu 135(1) tar-Regoli tal-Proċedura”))
(2019/C 44/82)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Against Child Trafficking (Nijmegen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. Agstner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u C. Tritz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 TFUE u 265 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-3 ta’ Awwissu 2017 li ma tinfetaħx investigazzjoni amministrattiva fil-Każ OC/2017/0451, u, min-naħa l-oħra, li l-OLAF jiġi ordnat jiftaħ investigazzjoni amministrattiva u, skont il-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, jittrażmetti l-każ lill-awtoritajiet kriminali nazzjonali sabiex tinfetaħ proċedura kriminali, u/jew lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex tinfetaħ proċedura amministrattiva.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Stichting Against Child Trafficking hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy