26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/73
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2018 – Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-710/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Ungerija favur impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Proċedura preliminari ta’ eżami - Deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni li jiddikjaraw il-miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ persuna interessata - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/97)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) (Szombathely, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni kienet allegatament adottat dwar l-ilmenti SA.29432 – CP 290/2009 – l-Ungerija – Għajnuna fil-qasam ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema b’diżabbiltà allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni u SA.45498 (FC/2016) – Ilment ta’ OPS Újpest-lift Kft dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa lill-impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà bejn 2006 u 2012.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lux-Rehab Foglalkoztat6 Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 437, 18.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy