4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/65
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2018 – Chioreanu vs ERCEA
(Kawża T-717/17) (1)
((“Rikors għal annullament - ERCEA - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal reviżjoni ta’ evalwazzjoni tal-proposta ta’ riċerka - Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni - Ċaħda tal-azzjoni amministrattiva - Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta”))
(2019/C 44/84)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Nicolae Chioreanu (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-C. Rusu, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: F. Sgritta u M. E. Chacón Mohedano, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-ERCEA, tat-23 ta’ Marzu 2017, li tiċħad it-talba għar-reviżjoni tal-evalwazzjoni tal-proposta ta’ riċerka Nru 741797-NIP, ERC-2016-ADG “New and Innovative Powertrain – NIP” u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5190 final tas-27 ta’ Lulju 2017 li tiċħad l-azzjoni amministrattiva mressqa mir-rikorrent skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235), u, it-tieni nett, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-ERCEA li tirrevedi l-evalwazzjoni tal-proposta ta’ riċerka msemmija iktar ’il fuq.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nicolae Chioreanu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy