26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/74
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2018 – Dreute vs Il-Parlament
(Kawża T-732/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Trasferiment - Tmiem tal-interess ġuridiku - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat fid-dritt”)
(2018/C 427/100)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Olivier Dreute (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-30 ta’ Jannar 2017 li r-rikorrent jerġa jiġi kkollokat fi ħdan l-istituzzjoni msemmija, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-20 ta’ Lulju 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kif ukoll, sa fejn hemm bżonn, tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-12 ta’ Lulju 2017 li tikkolloka lir-rikorrent fl-interess tas-servizz mal-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li allegatament sofra r-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn jikkonċerna l-annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2017.
2)
Ma hemmx iktar lok li tittieħħed deċiżjoni dwar it-talba ta’ annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-30 ta’ Jannar 2017 u fuq id-Deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2017, li tiċħad l-ilment imressaq minn Oliver Dreute kontra din tal-aħħar.
3)
It-talba għal kumpens hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt.
4)
O. Dreute huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.01.2018.
Full & Egal Universal Law Academy