4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/65
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – GMPO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-733/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva tetrakloridrat ta’ trientina - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax il-prodott mediċinali Cuprior-trientina bħala prodott mediċinali orfni - Regolament (KE) Nru 141/2000 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2019/C 44/85)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GMP-Orphan (GMPO) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, E. Mackenzie, barrister, L. Tsang, u J. Mulryne, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6102 final tal-5 ta’ Settembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) għal “Cuprior – trientina”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy