18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Euracoal et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-739/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2010/75/UE - Konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”))
(2019/C 65/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju), Deutscher Braunkohlen-Industrie-Verein eV (Cologne, il-Ġermanja), Lausitz Energie Kraftwerke AG (Cottbus, il-Ġermanja), Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), eins energie in sachsen GmbH & Co. KG (Chemnitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker u K. Petersen, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 tal-Kummissjoni, tal-31 ta’ Lulju 2017, li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi disponibbli (MTD), taħt id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2017, L 212, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ Polska Grupa Energetyczna S.A. (PGE), tar-Repubblika Franċiża, ta’ Elektrárny Opatovice, a.s., u Saale Energie GmbH, ta’ Sev.en EC, a.s., ta’ Freistaat Sachsen, ta’ Elektrárna Počerady, a.s., tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ Client Earth.
3)
Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal), Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH u eins energie in sachsen GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, ħlief dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.
4)
Euracoal, Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein, Lausitz Energie Kraftwerke, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft, eins energie in sachsen, il-Kummissjoni, PGE, ir-Repubblika Franċiża, Elektrárny Opatovice u Saale Energie, Sev.en EC, Freistaat Sachsen, Elektrárna Počerady, EEB u Client Earth għandhom kollha jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 5 tat-8-1-2018.
Full & Egal Universal Law Academy