29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2018 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-750/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba ta’ aċċess għal osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u għal opinjoni ddettaljata ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 392/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 6020 finali tad-29 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad t-talba konfermattiva tar-rikorrenti intiża għall-ksib tal-aċċess għall-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u għall-opinjoni ddettaljata tar-Repubblika ta’ Malta fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2016/398/PL, b’applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU 2015, L 241, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Repubblika tal-Polonja.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
4)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy