4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/66
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 – CMS Hasche Sigle vs EUIPO (WORLD LAW GROUP)
(Kawża T-756/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat – trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea WORLD LAW GROUP - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 44/86)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMS Hasche Sigle Partnerschaft von Rechtsanwälten und Steuerberatern mbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-C. Thielen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 329/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WORLD LAW GROUP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CMS Hasche Sigle Partnerschaft von Rechtsanwälten und Steuerberatern mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy