27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-757/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fuq appell - Irtirar tad-deċiżjoni li timponi ċanfira - Ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri dixxiplinarji li jwasslu għas-sanzjoni annullata - Rikors għal annullament - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta”))
(2018/C 301/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, l-annullament ta’ żewġ noti tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu u tas-6 ta’ April 2017 u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent bħala riżultat tal-konsegwenzi u t-tul tal-proċeduri dixxiplinarji CMS 15/017 u CMS 12/063.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Petrus Kerstens huwa kkundannat għall-ispejjjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy