8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE
(Kawża T-768/17) (1)
(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Atti illegali allegatament imwettqa minn ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu Portugiżi - Ċaħda impliċita tat-talba li tittieħed azzjoni indirizzata lill-BĊE - Inammissibbiltà manifesta parzjali - Nuqqas ta’ kompetenza manifesta parzjali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 131/53)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda (Lisbona, il-Portugall), Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo (Lisbona), Julião Maria Gomes de Azevedo (Lisbona), Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (Lisbona) (rappreżentant: M. Ribeiro, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u P. Ferreira Jorge, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-BĊE astjena illegalment milli jieħu azzjoni fil-konfront ta’ istituzzjoni ta’ kreditu Portugiża fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma jieħux azzjoni u, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo u Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy