17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – roelliroelli confectionery schweiz vs EUIPO – Tanner (ALPRAUSCH)
(Kawża T-769/17) (1)
((“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark opposta - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 328/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: roelliroelli confectionery schweiz GmbH (St. Gallen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Overhage u R. Böhm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: André Tanner (Schindellegi, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 1596/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn André Tanner u roelliroelli confectionery schweiz GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
roelliroelli confectionery schweiz GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy