26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/75
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2018 – Estampaciones Rubí vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-775/17) (1)
(“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru - Skema ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern - Eżekuzzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ verifika tas-sitwazzjoni individwali tal-benefiċjarji - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/101)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Estampaciones Rubí, SAU (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: D. Armesto Macías u K. Caminos García, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dokumenti tal-4 ta’ Diċembru 2012 u tas-26 ta’ Marzu 2013, intitolati, rispettivament, “Tilwim fiskali fil-País Vasco – Proċedura ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu 2007/2215 – Messaġġ informali b’risposta għall-ittra tas-7 ta’ Novembru (Álava)” u “Tilwim fiskali fil-País Vasco – Proċedura ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu 2007/2215 (Álava) – Messaġġ informali b’risposta għall-ittri mibgħuta fit-22 ta’ Frar u fl-4 u t-12 ta’ Marzu 2013 (Álava)” u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, b’mod illegali, naqset milli twieġeb għat-talba tar-rikorrenti fformulata fl-ittra tagħha tat-28 ta’ Lulju 2017.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli kollu kemm hu.
2)
Estampaciones Rubí, SAU għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy