17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/50
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – GE Healthcare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-783/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Sospensjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kuntrast li fihom il-gadolinium għall-użu mill-bniedem - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 328/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GE Healthcare A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: D. Scannell, barrister, G. Castle u S. Oryszczuk, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7941 finali, tat-23 ta’ Novembru 2017, li tikkonċerna, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kuntrast li fihom il-gadolinium għall-użu mill-bniedem li fihom waħda jew iktar mis-sustanzi attivi gadobenic acid, gadobutrol, gadodiamide, gadopentetic acid, gadoteric acid, gadoteridol, gadoversetamide u gadoxetic acid.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.