27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/36
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-784/17 RII)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-offerta tar-rikorrenti u li l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell jiġi attribwit lil ħames offerenti - Talba għal modifika - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”))
(2018/C 301/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għall-modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17).
Dispożittiv
1)
It-talba għal modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17), hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy