6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-784/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 155/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, sussegwentement M. Schoups u K. Lemmens, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Eweropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil ħames offerenti l-kuntratt dwar kuntratt qafas dwar xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06D20/2017/M036) u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ ordni lill-Parlament sabiex jipproduċi diversi dokumenti.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk mabuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
It-talba intiża li l-Parlament jiġi kkundannat għal “allowance proċedurali” hija miċħuda bħala inammissibbli.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy