4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/67
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2018 – Bruel vs Il-Kummissjoni et
(Kawża T-793/17) (1)
((“Rikors għal annullament u għal kumpens - Att adottat mill-kap tat-taqsima tad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Alġerija fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku ta’ provvista ta’ servizzi - Deċiżjoni li titlob is-sostituzzjoni tar-rikorrent bħala espert - Xoljiment tal-ftehim bejn il-kumpannija rebbieħa u r-rikorrent insegwitu għal din id-deċiżjoni - Assenza ta’ kwalità tal-konvenut - Att li ma jistax jiġi appellat - Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 44/87)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Damien Bruel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Hansen, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Aresu, aġent), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti), Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Alġerija
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-25 ta’ Settembru 2017 li titlob għas-sostituzzjoni tar-rikorrent bħala espert fil-kuntest ta’ ftehim ta’ provvista ta’ servizzi konkluż bejn il-kumpannija rebbieħa u r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent insegwitu għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Damien Bruel huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy