4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/67
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT
(Kawża T-809/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura f’kaskata - Terminu ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”))
(2019/C 44/88)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Intercontact Budapest Fordító és Pénzügyi Tanácsadó Kft. (Intercontact Budapest Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: É. Subasicz, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Garnier u G. Bukodi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2017 miċ-CdT, li tikklassifika lir-rikorrenti, rispettivament, fit-tieni u t-tielet pożizzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ offerenti magħżula għall-konklużjoni ta’ kuntratti-qafas multipli fi tmiem proċeduri tal-kuntratt pubbliku FL/GEN 16-01 u FL/GEN 16-02.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018
Full & Egal Universal Law Academy