4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/68
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2018 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)
(Kawża T-811/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CLASSIC DRIVER - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti DRIVER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi legali”))
(2019/C 44/89)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Classic Media AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Masberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pirelli Tyre SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. M. Müller u F. Togo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 59/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pirelli Tyre u Classic Media.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Classic Media AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy