19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/42
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament
(Kawża T-812/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - kuntratti pubbliċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni - Talba ta’ ordni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 104/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Seco Belgium (Brussell, il-Belġju), Vinçotte (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller u Z. Nagy, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, min-naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2018 li tinċaħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06D 20/2017/M005, intitolata “Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell” li dan il-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, li tinkiseb ordni kontra l-Parlament.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba intiża għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2018 li tinċaħad l-offerta ppreżentata minn Seco Belgium u Vinçotte fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06D 20/2017/M005, intitolata “Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell” li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.
2)
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.
3)
Id-digriet tal-21 ta’ Diċembru 2017, Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament (T-812/17 R), huwa rrevokat.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.