Kawża T-812/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament (“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell — Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti u għoti tal-kuntratt lill-offerent ieħor — Irtirar tal-att ikkontestat — Tmiem is-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
C2402018MT4710120180515MT0054471471
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament
(Kawża T-812/17) ( 1 )
“(“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell — Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti u għoti tal-kuntratt lill-offerent ieħor — Irtirar tal-att ikkontestat — Tmiem is-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)”2018/C 240/54Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Seco Belgium (Brussell, il-Belġju) u Vinçotte (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment P. López-Carceller u Z. Nagy, sussegwentement Z. Nagy u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06D 20/2017/M005, intitolata “Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
( 1 ) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy