26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/76
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Správa železniční dopravní cesty vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-815/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja - Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija - Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga - Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli - Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Assenza ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/102)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Správa železniční dopravní cesty, státní organizace (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Korbel, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo u I. Barcew, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-INEA tal-11 ta’ Ottubru 2017 dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja finali u l-eliġibbiltà tas-somom mitluba fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija għall-proġett ta’ interess komuni “Servizzi relatati mal-ippjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika tal-Polonja.
3)
Správa železniční dopravní cesty, státní organizace għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).
4)
Správa železniční dopravní cesty, státní organizace, il-Kummissjoni, l-INEA, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy