8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/47
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Schokker vs AESA
(Kawża T-817/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - AESA - Reklutaġġ - Proċedura ta’ selezzjoni - Inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta’ riżerva - Irtirar tal-offerta ta’ impjieg indirizzata lir-rikorrent - Responsabbiltà - Assenza ta’ aġir illegali tal-AESA - Rikors manifestement infondat fid-dritt”)
(2019/C 131/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Boudewijn Schokker (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (rappreżentanti: S. Rostren u F. Pavesi, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-aġir żbaljat tal-AESA matul il-proċedura ta’ selezzjoni għar-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Boudewijn Schokker huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy