26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/77
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – WH vs EUIPO
(Kawża T-819/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2016 - Irtirar ta’ ċerti evalwazzjonijiet mir-rapport ta’ evalwazzjoni - Inammisibbiltà”)
(2018/C 427/103)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: WH (rappreżentant: E. Fontes Vila, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-EUIPO sabiex ineħħi mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2016 il-kritiki kollha dwar il-mod ta’ komunikazzjoni tiegħu, peress li huma foloz u jiksru d-dritt fundamentali li jesprimi liberament l-ideat u l-opinjonijiet tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
WH huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy