20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/45
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2017 – La Mafia Franchises vs EUIPO – Italy (La Mafia SE SIENTA A LA MESA)
(Kawża T-1/17)
(2017/C 053/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Mafia Franchises, SL (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika tal-Italja
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “La Mafia SE SIENTA A LA MESA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 803/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921“LA MAFIA SE SIENTA A LA MASA”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy